Robert Abela jgħid illi jekk hu jsir Prim Ministru l-mara tiegħu ma tibqax fid-ditta legali li jmexxu

Minkejja li nsista li martu għandha kull dritt taħdem, Robert Abela sostna wkoll illi jekk ikun elett Prim Ministru ...

Robert Abela
Robert Abela

Ilbieraħ filgħaxija waqt attività f'Ħal Qormi Robert Abela saħaq illi jekk hu jsir Prim Ministru u Mexxej Laburista, martu Lydia Abela ma tibqax fid-ditta legali li jmexxu flimkien. Din id-ditta legali rebħet xogħol u tenders mill-Awtorità tal-Ippjanar, fl-aħħar snin. Huwa qal li kemm hu u anke martu ma daħlux għal din il-kariga biex jagħmlu l-flus iżda biex jaħdmu għall-pajjiż. 

Huwa kien qed jirreaġixxi għal dak li qal hu stess meta ffaċċjat minn ġurnalist tal-maltatoday, jiġifieri li l-kumpanija li jmexxi għandha dritt jibqa' jkollha xogħol u tipparteċipa fil-proċess ta' tendering ukoll. 

Iktar minn hekk Abela qiegħed iwiegħed ukoll li martu ma jkollhiex xogħol mal-Gvern.

Mistoqsi dwar Lydia Abela, martu li tmexxi wkoll din il-kumpanija, is-sit maltatoday irrappurtat lil Abela jinsisti li din għandha kull dritt taħdem, bħala avukat.

Minkejja dan, kemm ilbieraħ u anke llejla fuq il-programm Xtra jisħaq illi martu tirriżenja mill-pożizzjoni tagħha jekk hu jsir Prim Ministru.

More in Politika