Yorgen Fenech jilmenta li l-investigazzjonijiet kontra Keith Schembri qed isiru b'mod traskurat

Yorgen Fenech jiftaħ każ ieħor Kostituzzjonali u jiddeskrivi lil Schembri bħala "possibbilment il-mandant"

L-għada li l-Ispettur Keith Arnaud xehed li Keith Schembri qed ikun investigat dwar omiċidju, tbagħbis ta’ evidenza u “reati oħra,” Yorgen Fenech fetaħ Każ Kostituzzjonali ieħor kontra l-Kummissjarju tal-Pulizija, l-Avukat l-Avukat Ġenerali, il-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali u l-istess Spettur.

Fenech qed jisħaq li wara dak li ħareġ ilbieraħ fil-Qorti, jirriżulta l-investigazzjonijiet dwar Keith Schembri saru b’mod “traskurat” u “dilettantesk.”

Dan meta fl-istess rikors jirreferi għal Keith Schembri bħala “possibbilment ... il-mastermind wara dan ir-reat.”

Semma fost oħra il-mowbajl mitluf u anke l-fatt li l-Ispettur qal li ma kienx jaf li Yorgen Fenech u Keith Schembri kienu ħbieb.

Huwa qed jitlob li -testimonjanza tal-Ispettur Arnaud tintuża fil-Prim Awla tal-Qorti Kostituzzjonali.

More in Politika