'L-istat għamel dak kollu li seta' biex solva l-każ tal-qtil ta' Daphne' - Abela

Robert Abela jgħid li dwar il-VGH l-ewwel jistenna l-eżitu tal-inkjesta u wara jiddeċiedi x'jagħmel skont l-eżitu, jekk ikun Prim Ministru

Robert Abela
Robert Abela

Meta kien qed jitkellem illum il-kandidiat għat-tmexxija tal-Partit Laburista Robert Abela sostna illi l-istat għamel dak kollu li seta’ biex isolvi l-każ tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u biex nies jitressqu quddiem il-ġustizzja. Dan jikkompara, sostna, mal-qtil ta’ Raymond Caruana u anke Karin Grech li għadhom sal-lum mhux solvuti. 

“Il-ġustizzja issir u qed issir mingħajr ma nħarsu lejn wiċċ ħadd,” saħaq Abela.

Dwar sehem Muscat fi Gvern immexxi minnu Abela reġa sostna li mhu se jiddejjaq xejn jieħu pariri mingħand Muscat u mill-partit kollu iżda sostna li fl-aħħar mill-aħħar id-deċiżjoni se tkun tiegħu.

Mistqosi dwar l-inkjesta li qed titratta l-kuntratt mogħti lill-VGH Abela qal li ma jstax ikun li Ministru jitneħħa sempliċiment fuq l-akkuża ta’ xi ħadd u qal li l-inkjesta għandha titħalla ssir u skont l-eżitu tittieħed id-deċiżjoni.

Mistoqsi jekk bħala membru tal-kabinett kinux qed jippoteġu lil Keith Schembri f'dawn l-aħħar snin li Schembri kien Chief of Staff, Abela sostna: ‘Jiena qatt ma pproteġejt lil Keith Schembri.”

More in Politika