Rapport Egrant | Safe fil-Bank Pilatus kien hemm, imma isem Michelle Muscat ma kienx fih

 ... iżda kien hemm dokumenti b'informazzjoni dwar Keith Schembri u Sahra FZCO, kumpanija msemmija minn Daphne Caruana Galizia f'rabta ma' Egrant

Michelle Muscat waqt intervista mal-ILLUM qabel l-elezzjoni tal-2017| Ritratt Daniel Balzan
Michelle Muscat waqt intervista mal-ILLUM qabel l-elezzjoni tal-2017| Ritratt Daniel Balzan

Ir-rapport tal-inkjesta li qed jevalwa is-sit illum.com.mt bħalissa jikkonferma illi fil-Bank Pilatus kien hemm safe u li dan is-safe għandu saħansitra manwal ta' kif jitħaddem u minn min. 

Huwa ċar iżda li dan is-safe, li seemma' l-ewwel darba minn Daphne Caruana Galizia ma kien fih xejn li jappertjeni lil Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru. Fil-fatt l-inkjesta tgħid illi minkejja li nstab dan is-safe u nstabu doklumenti fih, dan ma kienx fil-kċina u lanqas kellu fih dokumenti relatati ma' Egrant Inc. 

Il-manwal finali ta' kif jitħaddem dan is-safe jgħid illi fih jitpoġġew l-ftehim kollu ta' master loans, garanziji u tipi ta' ftehim ieħor. Jgħid illi dan is-safe għandu jitpoġġa f'post sigur u huma ftit nies biss li jistgħu jiftħuħ. 

L-inkjesa tgħid ċar u tond li fid-dokumenti 'Know Your Clients' (KYC) kien hemm dokument magħmul minn Denica Cebova, impjegata l-Pilatus, nhar is-27 ta' Jannar 2016 u jismu 'List of clients which KYCs are in the safe'. Fost dawk imsemmijin hemm Keith Schembri u Sahra FZCO, il-kumpanija imsemmija minn Daphne Carauana Galizia bħala l-kumpanija li bagħtet $1 miljun f'Egrant. 

L-Inkjesta tgħid li minkejja tfittxijiet estensivi ma nstabu ebda listi oħrajn li kellhom klijenti oħrajn u li suppost kienu fis-safe. 

Fix-xhieda tiegħu Karl Cini minn Nexia BT ikkonferma li Egrant ma kellha ebda kont fil-bank Pilatus, 

More in Politika