Cassola bl-ewwel sejħa għal partit ġdid minn meta faqqgħet kriżi politika

Arnold Cassola jgħid li s-sistema politika ta’ Malta m’għadhiex taħdem u hemm bżonn ta' alleanza ġdida politika

Il-protesta tal-bieraħ. Cassola qed jipproponi partit ġdid
Il-protesta tal-bieraħ. Cassola qed jipproponi partit ġdid

Arnold Cassola, l-eks Segretatju Ġenerali tal-Alternattiva Demokratika (AD),  qal li “f’demokrazija normali, il-Partit Laburista (PL), kif ukoll il-kabinett,messhom diġa ġiegħlu lill-Joseph Muscat jirriżenja”. Kompla jgħid li minflok ma għamlu hekk, ivvutaw favur Muscat tliet darbiet u baqgħu jaġixxu daqslikieku l-klieb tiegħu.

Madankollu, Cassola kkritika lill-Adrian Delia wkoll, meta semma li, skontu, Delia hu kopja ta’ Keith Schembri. Dan għaliex, kompla jgħid, Delia kien involut fl-iskandlu ta' kontiijiet Jersey li allgatament minnhom kienu qed jgħaddu flus minn prostituzzjoni f'Soho.

Cassola semma wkoll li l-fatt li Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, hu  persuna suspetta fl-involviment fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, hi xokkanti. Barra minn hekk, il-fatt li bgħat messaġġi lill-Yorgen Fenech mit-tabib tiegħu, Adrian Vella hi, skontu, “verament imġieba mafjuża”. “Il-fatt hu” kompla jgħid Cassola, “li grazzi għal Muscat, minflok irriżenja immedjetament, ta lilu nnifsu estenzjoni sat-12 ta’ Jannar”. Minħabba dan, Cassola allega li din l-estensjoni hi mument perfett biex Schembri jeħles mill-evidenza tal-kontrih.

Minn dan, Cassola iddikjara li jrid jkun hemm partit ġdid fl-elezzjoni li jmiss, bl-isem Alleanza għal Malta. Hu qal ukol li l-għan ta’ dan il-partit hu li joħloq sitwazzjoni fejn il-PL jew il-PN jkollom jaħdmu miegħu. Kompla jgħid li l-parit jkun moviment li jinkludi nies minn diversi ambjenti kemm jekk huma mill-AD, PD, Nazzjonalisti li ċaħħdu lil-Delia kif ukoll Laburisti li kienu mgħotija l-ġenb. Barra minn hekk, semma wkoll l-importanza tal-gruppi ċivili, fosthom il-Moviment Graffiti, Repubblika u Occupy Justice. Kompla jgħid li “minn dawn il-gruppi, għandna bżonn nies biex jservu bħala membri parlamentari”.

Cassola ikkonkluda billi qal li minn dan il-ftehim, jista’ joħrog ġid komuni u li jekk il-poplu hu lest biex jibdel il-politika f’Malta, għandu jingġaqad u jifforma l-partity Alleanza għal Mata. 

More in Politika