'Jekk għall-OPM ġurnalisti mistiedna huma folla ... mela vera l-Gvern bla rispett lejn il-midja'

L-Istitut tal-Ġurnalisti Malti b'kundanna qawwija kontra s-sigurtà f'Kastilja u kontra l-kontro protest tal-Prim Ministru

Is-sigurtà f'Kastilja
Is-sigurtà f'Kastilja

L-Istitut tal-Ġurnalisti Malti (IĠM) staqsa jekk persuni li mbarraw il-bieb biex ġurnalisti ssakkru f'kamra f'Kastilja għal madwar 20 minuta humiex impjegati tal-Gvern, min qabbadhom biex ikunu “addetti għas-sigurtà” u għaliex inħass il-bżonn, f’din l-okkażżjoni biss li jkun hemm addetti għas-sigurtà meta l-ġurnalisti li tħallew jidħlu għall-konferenza stampa kienu kollha identifikati u ġurnalisti ‘bona fide'. ż

L-IĠM sostna li dan huwa insult ieħor għall-ġurnalisti li xi ħadd ħass ilbżonn li jagħmel is-sigurtà fuqhom biex ma jagħmlux xi ħaġa mhux proprja.

L-istitut kkwota lill-Prim Ministru jgħid fil-kontro protesta illi s-sigurtà kienet hemm biex jikkontrollaw il-folol. "Jekk għall-Uffiċċju tal-Prim Ministu numru ta’ ġurnalisti mistiedna, għandhom jitqiesu “folla” u hemm bżonn li jkunu mmaniġġjati minn “addetti għassigurtà”, allura veru li l-ogħla awtoritajiet tal-Gvern ma għandhom ebda rispett lejn il-membri tal-istampa," sostna. 

Fid-dawl ta’ dan kollu, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin reġa' kkundanna bil-qawwa kollha dak li seħħ wara l-imsemmija konferenza stampa.

L-IĠM reġa sostna li f’dik l-okkażżjoni, is-suppost “addetti għas-sigurtà” wettqu azzjoni illegali meta ma ħallewx lill-ġurnalisti joħorġu minn Kastilja immedjatament wara li ntemmet ilkonferenza tal-Prim Ministru. "Dan sar biex il-ġurnalisti ma jkunux jistgħu jaqdu dmirhom u jagħmlu d-domandi li ma tħallewx jagħmlu waqt il-konferenza fejn il-Prim Ministru ħa biss numru limitat ħafna ta’ domandi meta kien hemm aktar ġurnalisti li xtaqu jagħmlu d-domandi tagħhom." 

Fil-fatt dan is-sit kien wieħed mill-ħafna siti lokali li ma tħalliex jistaqsi mistpoqsijiet. 

More in Politika