Konrad Mizzi, Edward Scicluna u Chris Cardona taħt inkjesta kriminali dwar il-VGH

L-inkjesta ntalbet mill-organizzazzjoni Repubblika biex ikun stabbilit jekk ingħatax vantaġġ lill-grupp ta’ investituri wara l-VGH

L-Imħallef Edwina Grima ċaħdet appell li ressqu l-eks Ministru Konrad Mizzi, il-Ministru Edward Scicluna u l-Ministru sospiż Chris Cardona biex ma tinfetaħx inkjesta kriminali dwarhom u l-ftehim mal-Vitals Global Healthcare.

L-inkjesta ntalbet mill-organizzazzjoni Repubblika biex ikun magħruf jekk Scicluna, Cardona u Mizzi u anke Ivan Vassallo, direttur maniġerjali u sid ta’ Technoline, tawx vantaġġ lill-grupp ta’ investituri wara l-VGH waqt il-proċess tal-għażla.

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit laqgħet it-talba f’Lulju li għadda fejn iddefendiet il-ġurnaliżmu investigattiv, għax dak li fuqu se tkun qed tindaga l-inkjesta, kien  żvelat mill-midja.

F’Ottubru, l-Imħallef Giovanni Grixti biddel id-deċiżjoni tal-Maġistrat Stafrace Zammit iżda llum, l-Imħallef Grimabqatgħetha li hemm biżżejjed bażi biex issir inkjesta.

Dan l-appell, orġinarjamen, kien ingħata f’idejn l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera li minħabba l-fatt li ħuha huwa l-Ministru Jose Herrera, għażlet li tirrikuża lilha nnifisiha.

Il-każ ingħata lill-Imħallef Aaron Bugeja li wkoll għażel li jastjeni

More in Politika