Aġġornata | Il-PN jipposponi d-dimostrazzjoni tal-Ħadd; Minflok terġa' tipprotesta Reppublika

Intqal ukoll li lbieraħ filgħaxija Adrian Delia reġa' kellu kuntatt mal-President ta' Malta George Vella

Il-Partit Nazzjonalista qed jipposponi d-dimostrazzjoni Nazzjonali li sejjaħ għall-Ħadd li ġej, iżda xorta waħda se tkun qed issir protesta organizzata minn Repubblika u Occupy Justice, liema protesta tibda fl-4pm minn Bieb il-Belt.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista saħaq li ppospona l-protesta fl-interess nazzjonali.

Intqal ukoll li lbieraħ filgħaxija, Delia reġa’ kellu kuntatt mal-President ta’ Malta George Vella dwar l-aħħar żviluppi.

“Ilbieraħ filgħaxija l-Kap tal-PN u Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia tkellem fil-Parlament fuq l-iżvilluppi tal-ġurnata. Adrian Delia qal li l-kriżi bla preċedent li qed jaffaċċja l-pajjiż bħalissa titlob għaqda nazzjonali bil-parteċipazzjoni ta' kull min għandu rieda tajba,” tkompli l-istqarrija.

Il-PN saħaq li l-interess nazzjonali bħalissa “jitlob li tikber l-opportunità li nies ta' ideat u twemmin differenti jkunu jistgħu jieħdu sehem fi proċess demokratiku li jwassal għall-aħjar soluzzjonijiet li jġibu lura stabbilità u kredibbiltà f'pajjiżna.”

Kien fid-dawl ta’ dan, li l-Partit Nazzjonalista għażel li jipposponi l-protesta.

More in Politika