Protesta llejla mis-soċjetà ċivili u oħra nhar il-Ħadd organizzata mill-PN

Intant, nhar il-Ħadd, il-Prim Ministru se jiġbor lill-partitarji tiegħu fil-Fgura

Nhar il-Ħadd li ġej, il-Partit Nazzjonalista se jkun qiegħed jorganizza protesta kontra l-korruzzjoni, fl-istess jum li fih il-Partit Laburista wkoll qed jorganizza mass meeting fil-Fgura.

Il-Partit Nazzjonalista għadu ma tax dettalji ta' din il-protesta, bis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli jgħid li dawn se jingħataw aktar 'il quddiem.

Intant, illejla, se tkun organizzata protesta oħra mis-soċjetà ċivili, liema protesta se tibda fis-6pm quddiem il-bini tal-Parlament.

Id-diskors tal-Prim Ministru ta' nhar il-Ħadd li ġej se jibda fl-10:30am.

More in Politika