Nhar it-Tnejn ikomplu l-protesti: Appell għal borom, twaġen, xkupi u umbrelel

Protesta oħra nhar it-Tnejn hekk kif ikun għaddej il-Parlament ... dawk li sejrin jintalbu jieħdu borom, twaġen, xkupi u affarijiet oħrajn

Nhar it-Tnejn li ġej se jkomplu l-protesti, bit-tielet protesta issa wara l-iżviluppi tal-arrest ta' Yorgen Fenech. Din id-darba l-protesta se terġa' ssir quddiem il-Parlament, fejn din il-ġimgħa folla rrabjata ferm ħabtet għall-karozza tal-Ministru Owen Bonnici tgħajru 'demel' u 'korrott'. Il-folla kienet ħierġa mill-Belt Valletta wara protesta organizzata minn Repubblika. 

B'differenza, fil-protesta ta' nhar it-Tnejn l-organizzaturi, Repubblika u Occupy Justice, qed jitolbu lill-folla biex jieħdu magħhom borom, xkupi, sfafar u twaġen, għandna nifhmu biex isir ħafna storbju hekk kif ikunu qed jidħlu jew joħorġu mill-Parlament id-Deputati. 

More in Politika