L-allegat sensar fil-każ ta' Caruana Galizia jiddaħħal l-isptar

Skont sorsi, is-sensar ilmenta b'kundizzjonijiet mediċi u ddaħħal l-isptar kmieni dalgħodu

L-allegat sensar, fil-każ ta' Daphne Caruana Galizia, iddaħħal l-isptar.

Skont sorsi u aktar tard ikkonferma dan il-Prim Ministru, is-sensar ilmenta b'kundizzjonijiet mediċi u ddaħħal l-isptar kmieni dalgħodu.

Jidher li qed ikun skortat mill-Pulizija iżda l-kundizzjoni jew ir-raġuni għaliex iddaħħal Mater Dei għadha mhux magħrufa.

Ir-raġel qed jitlob li jingħata l-maħfra Presidenzjali biex jikxef l-informazzjoni kollha li jaf dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

Aqra aktar dwar l-aħħar żviluppi ta' dalgħodu.

More in Politika