Riżenja oħra mill-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar minn persuna li vvota favur l-iżvilupp fil-Qala

Alfred Pulè jirriżenja mill-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq kunflitt ta' interess

Alfred Pulè rriżenja mill-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq possibilità ta' kunflitt ta' interess hekk kif is-sit Lovin Malta qal illi darba Pulè kien biegħ proprjetà lill-kuntrattur Joe Portelli, il-kuntrattur f'nofs kontroversja minħabba proprjetà li ried jibni fuq art ODZ fil-Qala. Pulè kien wieħed mill-membri tal-bord li vvutaw favur dan il-permess li qajjem għagħa u rabja fost ħafna ambjentalisti u anke votanti Laburisti. 

Pulè kien appuntat biss xahar ilu u huwa t-tieni persuna li rreżenjat mill-bord fl-aħħar ġranet wara r-riżenja ta' Marthese Portelli, li kienet rappreżentanta tal-PN fuq l-istess bord. 

Kien il-Ministru Ian Borg li aktar kmieni fuq Twitter ħabbar ir-riżenja ta' Pulè u qal li dan seħħ wara li Deputat kixef dan il-kunflitt ta' interess.

"Qbilna li ma kien hemm l-ebda interess dirett jew indirett fuq il-kwistjonijiet li ppreseda fuqhom, imma qbilna li biex inneħħu l-ispekulazzjoni u d-dubju, ma jistax jibqa' jservi fuq il-bord."

More in Politika