Baġit | Tiżdied ġurnata oħra mal-leave u rata ta' 15% taxxa fuq l-ewwel 100 siegħa overtime

Għal sena oħra 200,000 ħaddiem se jkunu qed jirċievu wkoll iċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa

Matul is-sena li ġejja, il-Gvern se jkompli jimplimenta l-wegħda elettorali li jingħataw lura lill-ħaddiema l-ġranet tal-festi pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa

Is-sena d-dieħla għalhekk se tkun qed tiżdied ġurnata oħra mal-leave.

Il-Gvern ħabbar ukoll li se jkun qed inaqqas t-taxxa fuq is-sahra.

Mis-sena d-dieħla, l-ewwel mitt siegħa overtime għal dawk il-ħaddiema li l-paga bażika tagħhom ma taqbiżx l-€20,000 u li ma għandhomx pożizzjoni maniġerjali, se tibda tiġi intaxxata bil-15%.

Apparti minn hekk, 200,000 persuna li taħdem se tkun qed tirċievi ċekk ta' rifużjoni tat-taxxa li jvarja bejn €40 u €68, skont id-dħul tal-persuna.

More in Politika