Delia jgħaddi irċevuti lil dan is-sit bħala prova tal-'gideb' ta' Manuel Delia fuqu

Bil-permess ta' Adrian Delia qed nippubblikaw irċevuta li turi illi l-ħlas għall-pagamenti tad-dar fil-fatt għamilhom

Bil-permess tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista qed nippubblikaw irċevuta ippreżentata minnu li fuqha hemm miktub id-dettaji tal-ħlasijiet imsemmija fl-artiklu ppublikat minn Manuel Delia. 

Dawn l-irċevuti juru l-ħlas ta' €7,650 li huma msemmijin fl-artiklu oriġinali bħala flus li ma tħallsux fuq id-dar ta' Delia u b'kawża ta' hekk it-theddida li d-dar tiegħu tittieħed bis-subbasta u tinbiegħ f'irkant. Delia sejjaħ dan l-artiklu bħala 'gidba oħra'.Dan il-pagament ikopri il-ħlas ta' Mejju u Ġunju li għaddew.

L-irċevuta li ppreżenta Delia li turi illi tefa' flus fil-kont tal-HSBC
L-irċevuta li ppreżenta Delia li turi illi tefa' flus fil-kont tal-HSBC

Ara aktar hawnhekk (Id-data tat-tranżazzjoni tinsab fuq nett fix-xellug)

More in Politika