Aġġornata| 'Nista nassigurak li ħadd mhu se jkun qed jieħu pussess ta' dari' - Delia

Adrian Delia jgħid li l-istorja ta' Manuel Delia hija kollha gideb għax hu wettaq il-ħlasijiet li kien hemm bżonn isiru

Mitlub jikkumenta dwar storja fuq il-blogg ta' Manuel Delia, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal hekk; "nista nassigurak li ħadd mhu se jkun qiegħed jieħu pussess ta' dari." 

Il-blogg ta' Manuel Delia rrapporta illi fi protest ġudizzjarju miftuħ minn Nickie Vella De Fremaux jingħad li Delia ma ħallasx il-pagamenti tad-dar ta' Mejju u Ġunju li għaddew u allura l-bank qed jhedded li jieħu lura d-dar u jbiegħha f'irkant ġudizzjarju. Dan hekk kif pagament ta' €7,500 bl-interessi b'kollox għadu ma tħallasx. L-artiklu qal illi filwaqt li Delia kien qal lil De Fremaux illi ħallas dawn il-pagamenti, fil-verità dawn ma tħallsux. 

F'kumment mal-illum.com.mt Delia qal li din l-istorja hija kollha gidba u qal li l-ħlasijiet saru kollha. Fil-kuntatt telefoniku ma' dan is-sit Delia qal li hu kien għamel il-ħlas fis-17 ta' Ġunju. 

Intant jingħad ukoll l-istorja ppublikata minn Manuel Delia tgħid li Delia qabeż żewġ pagamenti f'żewġ karti ta' kreditu li jinsabu €25,000 minn taħt, filwaqt li għadu ma ħallasx sa €19,000 f'kontijiet ta' dawl u ilma u allura hemm possibilità li dan is-servizz jiġi maqtugħ. 

More in Politika