Boris Johnson se jsir il-Prim Ministru Ingliż li jmiss

Boris Johnson jgħaddi lill-avversarju Hunt bil-qawwi hekk kif jikseb aktar minn 92,000 vot u jsir il-Kap tal-Partit Konservattiv

Boris Johnson, il-PM il-ġdid tar-Renju Unit
Boris Johnson, il-PM il-ġdid tar-Renju Unit

Boris Johnson għadu kif kien elett il-Kap il-ġdid tal-Partit Konservattiv Ingliż hekk kif kiseb 92,153 vot mill-160,000 membru tal-Partit Konservattiv li kienu eliġibbli biex jivvutaw.

Il-kontestant l-ieħor Jeremy Hunt kiseb 46,656 vot u allura ftit iktar minn nofs il-voti li kiseb Johnson

Johnson issa se jieħu post Theresa May bħala Prim Ministru tar-Renju Unit. Huwa kien sindku ta’ Londra, eks Ministru fil-kabinett ta’ May u wieħed mill-uċuh tal-kampanja favur Brexit.

Diversi esponenti tal-Partit Konservattiv, inkluż Ministri attwali, saħqu li mhux lesti li jservu taħtu qabel ma fil-fatt kien elett.

Intant, Theresa May, li għażlet li twarrab wara li għal tlett darbiet ma rnexxilix tikseb l-appoġġ tad-Deputati tagħha stess dwar il-ftehim li hi nnegozjat mal-Unjoni Ewropea, mexxiet l-aħħar laqgħa tal-Kabinett illum stess.

L-ewwel appuntament ta’ May għada jkun mar-Reġina Eliżabetta II fejn tagħtiha r-riżenja uffiċjali tagħha u wara tassisti għal dawk magħrufa bħala l- Prime Minister's Questions, għall-aħħar darba.

Il-Prim Ministru l-ġdid jieħu uffiċjalment il-kariga ftit wara wara udjenza mar-Reġina fil-Palazz ta’ Buckingham.

Threresa May: Illum l-aħħar ġurnata tagħha bħala PM tar-Renju Unit
Threresa May: Illum l-aħħar ġurnata tagħha bħala PM tar-Renju Unit

More in Politika