'Għawdex hija l-art li jmiss biex tiġi maħtufa minn spekulaturi' - PD

Il-PD jiddeplora permess mill-Kummissjoni tal-Ippjanar fil-Qala biex kamra żgħira tinbidel f'villa

Il-Partit Demokratiku fi stqarrija ddeplora d-deċiżjoni,  li sejjaħ "redikola" tal-Kummissjoni tal-Ippjanar biex kamra żgħira fuq art fil-limiti tal-Qala tinbidel f’villa.

"Verament bla ebda loġika li r-rifjut tad-Direttorat – flimkien mad-diżapprovazzjoni tal-ERA u s-Supratendenza ta’ Wirt Kulturali – mhux biss ġiet injorata mill-Kummissarju tal-Ippjanar, imma wkoll qalgħet ċanfira. Għajb għall-ħnieżer!," tinisisti l-istqarrija miktuba mid-Deputrat Marlene Farrugia. 

 "Ix-xahar id-dieħel il-Kummissjoni bi ħsiebha tapprova din l-applikazzjoni fuq prermessa falza li 100 sena ilu din il-kmajra kienet abitata. Tal-mistħija li periti (li qablu li jissottomettu din l-applikazzjoni bil-ħlas) urew li huma pupazzi f’idejn l-oligarki li jmexxu dan il-pajjiż,” stqarret  Farrugia.

"Tajjeb li l-Ministru Herrera ddeplora d-direzzjoni tal-Kummissjoni. Tal-biki ninnota li entità bħall-Kummissjoni tal-Ippjanar, li suppost qiegħda hemm biex isservi l-interess pubbliku, tonqos milli tirrikonoxxi li l-ambjent naturali uniku tagħna huwa riżorsa fih innifsu,” stqarr Godfrey Farrugia.

L-istqarrija temmet tgħid li "Għawdex hija l-art li jmiss biex tiġi maħtufa minn spekulaturi rgħiba u negozju bla skrupli." 

 

More in Politika