Dehra ġdida għas-sit illum.com.mt

Is-sit illum.com.mt b'dehra aktar friska u moderna b'kategoriji li jolqtu l-gost ta' kulħadd

Is-sit illum.com.mt għandu dehra ġdida u aktar friska, b'kategoriji ġodda li jolqtu l-gosti u l-interessi ta' kulħadd.

L-isit magħżul u l-istruttura huma ħafna aktar faċli għall-qarrejja biex jaqraw u jfittxu, b'kuluri aktar friski li jagħtu xejra moderna lis-sit.

Apparti l-kategoriji tal-aħbarijiet u anke għall-filmati, is-sit il-ġdid għandu kategoriji kulturali speċifiċi, inkluż dwar il-festi, li s-sit u l-gazzetta ILLUM tant jgħożżu u jippromovu.

Ma tonqosx ukoll il-kategorija dwar l-isports, b'intervisti ma' atleti Maltin magħrufa u oħrajn li jkunu qed jippromettu.

Nirringrazzjaw lill-qarrejja tagħna, li qegħdin dejjem jiżdiedu, talli jipparteċipaw u jsostnu lill-gazzetta ILLUM u s-sit illum.com.mt.

Inwegħduhom illi minkejja bidla fid-dehra l-ILLUM se tibqa’ gazzetta liberali, li tgħożż lill-ħaddiem, lill-pensjonant, lill-istudent, liż-żgħir, lin-negozjant u aktar li tgħin, kull fejn tista’, fil-progress tiegħu.

More in Politika