Pazjenti b'mard kroniku jistgħu jibdew jiġbru l-preskrizzjoni mill-ispiżerija

Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne jgħid illi 143,000 persuna qed igawdu mill-iskema POYC

Il-Ministru Chris Fearne waqt il-konferenza tal-Aħbarijiet
Il-Ministru Chris Fearne waqt il-konferenza tal-Aħbarijiet

Persuni b'kundizzjoni kronika se jkunu jistgħu jiġbru l-preskrizzjoni tagħhom mill-ispiżeriji fil-komunitajiet tagħhom, grazzi għal skema, parti mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) imħabbra iktar kmieni illum. Din l-iskelma tħabbret mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. 

Fearne qal li €28 miljun qed ikunu allokati annwalment għal din l-inizjattiva, b'madwar 143,000 persuna jgawdu mill-POYC u jirċievu 250 miljun prodott. Huwa qal illi għal bidu l-lista ta' spiżeriji parti minn din l-iskema kienet żgħira, biex issa espandiet għal 220. 

"Madwar 5,000 karta għall-pazjenti qed jinħarġu kull xahar," sostna Fearne li qal illi b'dak li tħabbar illum dawk li ma setgħux jirċievu mediċina minħabba r-rarità tagħha issa se jkunu jistgħu jagħmlu dan. 

Celia Falzon, Il-Kap Eżekuttiv tal-POYC fakkret fl-importanza li n-nies jiġbru l-mediċini mill-ispiżeriji lokali. Hija qalet illi investiment ġdid fit-teknoloġija se jgħin ukoll biex il-mediċini jibdew jitwasslu d-dar. 

More in Politika