Ċiklist bi ġrieħi gravi wara li ttajjar f'Santa Venera

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ filgħodu fi Triq il-Kanun

Ċiklist li għandu 56 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f'Santa Venera.

L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ filgħodu fi Triq il-Kanun.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel li kien qed isuq rota, għal xi raġuni safa’ milqut minn vettura li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 47 sena li joqgħod Raħal Ġdid.

Iċ-ċiklist li għandu 56 sena, residenti l-Iklin ittieħed Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin

More in Politika