Deputati viċin Delia jintlaqgħu biċ-ċapċip; Silenzju malli waslu Simon, Jason u Karol

Delia u d-Deputati waslu għal-laqgħa tal-Grupp Parlamentari li qed tiddiskuti l-futur ta' Delia

Ritratt: Kurt Sansone
Ritratt: Kurt Sansone

Madwar mitt persuna nġabru quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista hekk kif tlaqqa' l-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista bil-futur ta' Adrian Delia fuq nett tal-aġenda.

Skont rapporti u dak li żvelaw Deputati, inkluż mas-sit illum.com.mt, għadd ta' Membri Parlamentari Nazzjonalisti ħeġġew lil Delia biex jirriżenja, anke jekk hu, sa issa, għadu ma wera l-ebda intenzjoni li jagħmel dan.

Dawk li nġabru laqgħu lil Delia u anke lid-Deputati meqjusa leali biċ-ċapċip, fosthom lil Kristy Debono, Carm Mifsud Bonnici, Stephen Spiteri u Mario Galea.

Għall-kuntrarju, spikka s-silenzju huma u deħlin Simon Busuttil, Karol Aquilina u Jason Azzopardi.

Huwa u dieħel, Delia ma kkummentax fuq ir-riżenja taċ-Chairperson Eżekuttiv tal-midja tal-PN, Pierre Portelli. Qal li se jikkummenta wara li l-ewwel jindirizza lill-Grupp Parlamentari.

Mistoqsi jekk hux se jirriżenja, Delia pront wieġeb: "le."

More in Politika