Il-Partit Laburista jirbaħ San Ġwann ukoll u jieħu dan il-Kunsill f'idejh

Il-Parit Laburista jirbaħ il-lokalità ta' San Ġwann li kien immexxi mill-PN fl-aħħar leġiżlatura

Ritratt  | James Bianchi
Ritratt | James Bianchi

Hekk kif issa beda riesaq tmiem it-tieni grupp ta' lokalitajiet li qed isir l-għadd tal-voti fihom il-Partit Laburista kompla jagħmel suċċessi f'din l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali. Fil-fatt il-Partit Laburista kiseb maġġoranza ta' voti f'San Ġwann biex issa reġa ħa din il-lokalità f'idejh. 

L-elezzjonijiet f'San Ġwann: Kunsill li bidel l-idejn

L-aħħar tliet elezzjonijiet lokali f’dan ir-raħal saru fl-2006, fl-2009 u fl-2013, jiġifieri l-elezzjoni għall-kunsill saret kemm waħedha, kemm ma’ elezzjoni tal-Parlament Ewropew u anke ma’ elezzjoni ġenerali.

L-elezzjoni tal-2006 ntrebħet mill-Partit Laburista li kiseb 2,676 vot filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ġab 2,539 vot. Din kienet l-uniku sena li fiha kkontesta kandidat indipendenti u li kiseb 134 vot.

Id-distakk ta’ 137 vot favur il-Partit Laburista ngħeleb fl-elezzjoni lokali tal-2009, li saret ma’ dik tal-Parlament Ewropew. Iż-żewġ partiti żiedu fil-voti tagħhom, iżda l-Partit Nazzjonalista rebaħ dan il-kunsill lokali b’distakk ta’ 485 vot. B’kollox, il-Partit Nazzjonalista kiseb 3,718-il vot, filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 3,233 vot.

L-aħħar elezzjoni lokali saret mal-elezzjoni ġenerali tal-2013. Aktar nies ħarġu jivvutaw, iż-żewġ partiti żiedu l-voti tagħhom u l-Partit Laburista reġa’ għeleb id-distakk ta’ 485 vot li kien kiseb il-Partit Nazzjonalista biex għal darb’oħra rebaħ il-maġġoranza f’din il-lokalità.

Fl-2013, il-Partit Laburista kiseb 4,261 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 4,113-il vot. Dan ifisser li fl-aħħar elezzjoni lokali, id-distakk bejn il-partiti kien ta’ 148 vot.

 

More in Politika