Mandat ta' Arrest Ewropew kontra Malti wara traffikar ta' 10 tunnellati kannabis

Ir-raġel qed ikun imfittex mill-awtortitajiet Taljani li qed jitolbu għall-estradizzjoni tiegħu

Malta ta’ 41 sena, li qed ikun imfittex mill-awtoritajiet Taljani wara li qed ikun akkużat li kien parti minn operazzjoni li ttraffikat 10 tunnellati reżina tal-kannabis, qed jisħaq li l-arrest tiegħu kien wieħed illegali.

Ir-raġel tressaq il-Qorti lbieraħ tard waranofsinhar u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest iżda l-avukati tiegħu qed jisħqu li l-arrest tiegħu kien illegali għax id-Difiża ma għandhiex f’idha d-dokumenti dwar l-akkużi fl-Italja.

Huma saħqu kif minkejja li d-droga kellha tasal l-Italja, din tgħabbiet minn fuq bastiment għal ieħor f’ibħra internazzjonali.

Fil-fatt, ir-raġel ġie arrestat wara li nħareġ Mandat ta’ Arres Ewropew kontrih.

Huwa mhux qed jagħti l-kunsens tiegħu biex ikun estradit.

Il-każ ikompli.

More in Politika