Filmat | Tikseb l-unuri f'isem Malta u tirbaħ 'L-Aqwa Vuċi' fil-Bulgarija

'Lanqas biss nista’ nemmen! Huwa ta' unur kbir li nirbaħ din il-kompetizzjoni, kemm għalija kif ukoll għal pajjiżi' - Portelli

Ruth Portelli
Ruth Portelli

Ruth Portelli, kantanta versatili mmens mill-gżira t’Għawdex għadha kemm rebħet L-Aqwa Vuċi f’isem Malta, waqt id-Discovery International Pop Music Festival wara wirja stupenda tal-kanzunetti: Think of Me, mill-musical “Phantom of the Opera” kif ukoll Determinata, kanzunetta oriġinali fuq mużika ta’ Mark Scicluna u kliem ta’ Emil Calleja Bayliss. Il-Festival sar f'Varna fil-Bulgarija.

Għaldaqstant, Ruth tkompli t-tradizzjoni ta’ suċċess għal Malta fid-Discovery International Pop Music Festival fejn il-parteċipezzjoni waslet għal diversi unuri u trofej fil-passat, bilparteċipezzjoni ta’ għadd t’artisti fosthom: Mark Tonna, Marvic Lewis, Olivia Lewis, Julie Zahra, Ludwig Galea, Roger Tirazona, Eleanor Spiteri, Janvil, Domenique, Deborah C and Janice Mangion.

Mill-bidu tiegħu lura għas-sena 1992, id-Discovery International Pop Music Festival ra diversi artisti mill-Ewropa jiksbu fama fosthom; l-ex rappreżentanti tal-Junior Eurovision Song Contest, Alina Eremia u Marios Tofi; l-istilla ikonika tal-pop Rumena, Laura Stoica; u l-ex rappreżentanti tal-Eurovision Song Contest, Luminita Anghel, Nico, Aleksandra u Konstantin, Mihai Traistariu fost l-oħrajn. Fl-aħħar 12-il xahar, Ruth ħadet sehem fl-Għanja tal-Poplu tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija, fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza kif ukoll produzzjoni lokali ta’ Joseph & the Amazing Technicolor Dreamcoat, u b’hekk ħassitha preparata għal din lesperjenza, l-ewwel waħda f’kompetizzjoni mużikali internazzjonali.

“Lanqas biss nista’ nemmen! Huwa ta' unur kbir li nirbaħ din il-kompetizzjoni, kemm għalija kif ukoll għal pajjiżi, wara li kantajt m’uħud mill-aqwa kantanta li qatt smajt… Kont u għadni emozzjonata mmens bir-reazzjoni tal-pubbliku fis-sala għaż-żewġ kanzunetti… bla kliem fil-veru sens tal-kelma”. Qalet Ruth ftit ħin biss wara r-rebħa tagħha.

Ruth kienet akkumpanjata ġewwa Varna mill-familja mmedjata tagħha kif ukoll il-maniġer u l-pubblikatur tagħha Marc Calleja Bayliss minn Ironic PR & Artist Management.

More in Politika