Kienu qed iniżżlu arblu tal-bnadar u waqa' fuqhom ... tlett irġiel l-isptar

Il-każ seħħ fi Triq Mahatma Gandhi, il-Fgura

Tliet irġiel weġġgħu lbieraħ filgħaxija waqt li kienu qed iniżżlu arblu tal-bnadar minn fuq bejt fi Triq Mahatma Gandhi, il-Fgura

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’ waranofsinhar

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn sabu mweġġa' raġel ta’ 77, ieħor ta' 49 u  raġel ta' 41 sena.

Jidher li meta kienu qed iniżżlu l-arblu, dan niżel fuqhom.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittmi l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard, iż-żewġt irġiel ta’ 49 sena u 41 sena ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi. Ir-raġel ta’ 77 sena sofra ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Politika