Marija mhux se tispiċċa barra … wara l-gravità tal-każ, il-Gvern se jidħol għaliha

Storja xokkanti tintemm b'nota pożittiva

Is-sit illum.com.mt jinsab informat li l-Gvern se jkun qed jalloka post ta' akkomodazzjoni soċjali lil Marija* anzjana ta' 65 sena li kienet se tispiċċa barra mingħajr dar. 

Nhar is-17 ta’ Marzu, il-gazzetta ILLUM kienet ippublikat storja dwar anzjana ta’ 65 sena li kienet ilha f'kirja għal 19-il sena sħaħ u li issa kienet  tispiċċa barra fit-triq minħabba li s-sid il-kera rrid jieħu lura l-post.

Marija ma kella l-ebda dritt legali biex tibqa’ ġewwa dan il-post għaliex il-liġi tal-post qiegħda ta’ wara l-1995. Skont din il-liġi, sid il-kera għandu dritt li ma jġeddidx il-kera meta jagħlaq il-perjodu miftiehem fuq il-kuntratt tal-kera jew inkella f'nuqqas ta' kuntratt malli jgħaddi l-perjodu tal-ħlas tal-kera kif miftehma. Dan għaliex il-kuntratt kien iffirmat wara l-bidliet fil-liġi fl-1995.

65 Sena u se tispiċċa bla dar

Storja xokkanti imma vera, mara ta' 65 sena b'pensjoni ta' ftit aktar €500 se tispiċċa tittallab fit-triq fi ftit ġimgħat oħra jekk ħadd ma jidħol għaliha ...

Posted by Illum on Sunday, 17 March 2019

Minkejja dan, kelliema għal-Awtorità tad-Djar qalet mal-ILLUM, li minħabba li dan kien każ ġenwin u ta’ natura gravi, l-Gvern ħadem bi sħiħ sabiex jfittex post lil din il-mara. 

*Marija huwa isem fittizju

More in Politika