Ritratti | Karozza tal-linja pparkjata tieħu n-nar fiċ-Ċirkewwa

Il-Pulizija kkonfermaw li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident

Kmieni dalgħodu karozza tal-linja ħadet in-nar fit-terminus taċ-Ċirkewwa waqt li kienet ipparkjata.

Il-Pulizija kkonfermaw li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.

Fi stqarrija, il-Malta Public Transport saħqet li immedjatament meta saret taf bl-inċident bagħtat timi fuq il-post biex jassistu lill-awtoritajiet.

Qalet li qed taħdem ukoll biex tassigura li tkun protetta s-saħħa tal-ħaddiema u anke tal-passiġġiera.

Ritratt | Natasha Jameson
Ritratt | Natasha Jameson

More in Politika