'Nistgħu nkunu aktar ambizzjużi mar-Renju Unit' - In-negozjatur tal-UE għal Brexit

Michel Barnier jinsab f'Malta għal diversi taħdidiet mal-Gvern u ma' diversi stakeholders dwar Brexit

In-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni Ewropea għall-Brexit, Michel Barnier, saħaq li l-Unjoni Ewropea tista’ tkun aktar ambizzjuża mar-Renju Unit, jekk din tagħżel li tibqa’ parti mis-suq waħdieni.

Barnier kien qiegħed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja wara laqgħa li kellu mal-Prim Ministru Joseph Muscat dwar Brexit.

Huwa saħaq li l-Unjoni Ewropea qed issegwi mill-qrib l-iżviluppi u d-diskussjonijiet li għaddejja bħalissa fir-Renju Unit, waqt li wera x-xewqa li anke wara li jseħħ Brexit, ir-Renju Unit jibqa’ sieħeb tal-Unjoni Ewropea f’diversi oqsma, fosthom fir-riċerka u s-sigurtà.

Dwar iż-żjara tiegħu f’Malta, Barnier insista li huwa n-negozjatur ukoll għal Malta u għalhekk ma jistax ma jżommx kuntatt kontinwu mal-Gvern u l-istakeholders kollha Maltin.

Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li l-ballun jinsab f’saqajn ir-Renju Unit waqt li wieħed jittama li jkun hemm deċiżjoni li tkun tfisser żblokk għat-taħdidiet.

Huwa insista li l-preparamenti f’Malta huma tajbin ħafna, kemm jekk iseħħ Brexit bla ftehim u anke jekk ir-Renju Unit jaqbel dwar il-ftehim propost.

Wara li l-Parlament Ingliż baqa’ ma approvax il-ftehim għal Brexit, minkejja diversi tentattivi, il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea kienu qablu li jagtħtu estensjoni sal-aħħar ta’ Ottubru

More in Politika