Sri Lanka | L-għadd tal-mejta jkompli jiżdied hekk kif bdew isiru l-ewwel funerali

Il-Pulizija qed iżżomm 40 persuna arrestati b’rabta mal-isplużjonijiet li ħasdu l-ħajja ta' 310 persuni

Ritratt | REUTERS
Ritratt | REUTERS

Fi Sri Lanka dalgħodu saru l-ewwel funerali ta’ wħud mill-vittmi tal-isplużjonijiet li seħħew nhar Ħadd il-Għid f’diversi knejjes u lukandi lussużi.

Fl-ewwel jum ta’ luttu, l-għadd ta’ dawk li tilfu ħajjithom kompla tiela’ biex issa laħħaq it-310 persuni.

Intant il-Gvern qed jisħaq li l-moħħ wara dawn l-attakki kien grupp Iżlamiku magħruf bħala Thowheed Jamath

Sa issa, il-Pulizija qed iżżomm 40 persuna arrestati b’rabta ma’ dawn l-isplużjonijiet.

L-ewwel funeral, ta’ madwar 30 persuna, sar kmieni dalgħodu, filwaqt li funeral ieħor mistenni jsir illum waranofsinhar.

More in Politika