Tifel fil-periklu tal-mewt wara li waqa' t-taraġ ta' residenza

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq Ħaddara fiż-Żejtun

Tifel ta’ sitt snin jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn taraġ f’residenza fiż-Żejtun.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-7:30pm, fi Triq Haddara.

It-tifel ittieħed minnufih Mater Dei fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta.

More in Politika