L-Istati Uniti tfaħħar lil Malta talli ma ħallitx ajruplan militari Russu jtir fl-ispazju tagħha

Il-Gvern Russu talab lill-Gvern Malti biex ajruplan militari li kien qed itir mis-Sirja għall-Venezuela jgħaddi mill-ispazju tal-ajru tagħha

Il-President Russu Vladimir Putin mal-President tal-Venezuela Nicolas Maduro
Il-President Russu Vladimir Putin mal-President tal-Venezuela Nicolas Maduro

Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan faħħar id-deċiżjoni tal-Gvern Malti li rrifjuta talba tal-Gvern Russu biex ajruplan militari jgħaddi mill-ispazju tal-ajru Malti.

Din l-aħbar kienet irrappurtata minn Buzzfeed news li kkwota uffiċjali tal-Gvern Malti jikkonfermaw li ċaħdu żewġ talbiet tal-Gvern Russu biex Malta tagħti l-permess tagħha biex ajruplan li kien qed jivjaġġa mis-Sirja għall-Venezuela jgħaddi mill-ispazju tal-ajru tagħha.

L-istess sit irrappirta wkoll kif tliet ijiem wara, Malta rrifjutat vapur militari Russu milli jieqaf fl-ibħra territorjali Maltin

Morgan Ortangus, il-kelliem tad-Dipartiment tal-Istat faħħar dawn id-deċiżjonijiet u ħeġġeġ pajjiżi oħra biex isegwu l-passi ta’ Malta.

“Inħeġġu pajjiżi oħra biex isegwu l-eżempju ta’ Malta u jwaqqfu l-appoġġ tal-Kremlin għad-Ditattur Maduro,” kiteb Ortangus.

Aktar uffiċjali għolja Amerikani ddeskrivew id-deċiżjoni ta’ Malta bħala “turija ta’ tmexxija soda u strateġika u li tappoġġja l-politika tal-Unjoni Ewropea u dik Amerikana dwar il-Venezuela."

More in Politika