Vapur b'64 immigrant riesaq lejn Malta

Il-Gvern Malti għadu ma qalx x'se jagħmel bil-vapur Alan Kurdi, li fuqu jinsabu l-immigranti

Vapur bl-isem Alan Kurdi riesaq lejn Malta b'64 immigrant abbord. 

Kemm l-Italja u anke Malta, inizzjalment irrifjutaw il-vapur bl-Italja taqbel, ilbieraħ waranofsinhar li ddaħħal żewġt'itfal ma' ommhom għal raġunijiet umanitarji.

"Malta ma nsistietx għas-separazzjoni tal-familji," qal membru ta' Sea-Eye li qed tmexxi din l-operazzjoni.  

"Li tissepara tfal minn missierhom mingħajr ebda raġuni hija tortura emozzjonali," sostna kelliem għall-vapur. 

Il-Gvern Malti għadu ma rreaġixxiex għall-aħħar żviluppi. 

More in Politika