George Vella jżur lil Fenech Adami fl-ewwel jum tiegħu bħala President ta' Malta

Il-President il-ġdid għadda jsellem lill-President Emeritu Fenech Adamin bħala l-ewwel impenn fl-ewwel jum tiegħu bħala President 

L-ewwel impenn tal-President George Vella, f'dan l-ewwel jum tal-Presidenza tiegħu kienet laqgħa mal-President Emeritu Eddie Fenech Adami, li lbieraħ ma setax ikun preżenti għall-ġurament tal-ħatra tal-President il-ġdid.

Madanakollu, qabel daħal għall-ewwel ġurnata tax-xogħol tiegħu fil-Belt Valletta, il-President Vella għadda fir-residenza privata ta' Fenech Adami biex isellem lil dak li ħadem tant mill-qrib tiegħu għal snin twal, anke jekk minn partit politiku oppost.

Wara, il-President il-ġdid baqa' sejjer lejn il-Belt fejn se jkollu diversi laqgħat fil-Palazz Presidenzjali.

Fost dan, Vella se jkun qed jiltaqa' mal-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi.

It-tieni impenn tiegħu se tkun laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat, mal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari kif ukoll membri Parlamentari tal-Gvern.

Aqra aktar:

L-Ewwel laqgħa bejn il-President George Vella u l-Arċisqof Charles Scicluna
L-Ewwel laqgħa bejn il-President George Vella u l-Arċisqof Charles Scicluna

More in Politika