Ritratti | Graffitti 'jassedjaw' il-binja tal-Awtorità tal-Ippjanar

Dan biex isemmgħu leħinhom kontra l-bini ta' pompi tal-petrol

Dalgħodu, il-Moviment Graffitti beda dak li qiegħed isejjaħ bħala "assedju simboliku" fuq il-binja tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Fi stqarrija, Moviment Graffitti saħaq li qed jagħmlu dan biex isemmgħu leħinhom kontra l-pompi tal-petrol "massiċċi u bla bżonn" li qed jinbnew.

Aktar tard, il-Moviment se jkun qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet biex jagħti aktar dettalji dwar din l-azzjoni tagħhom.

More in Politika