'Il-Gvern kellu jaċċetta dak li kien qed jgħid il-PN dwar il-governanza' - Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN jirreaġixxi għaħat-tħabbira tal-Gvern illi se jibda jwettaq mill-proposti tal-Kummissjoni Venezja

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Adrian Delia
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Adrian Delia

"F'pajjiżna jeħtieġ li jiddaħħlu miżuri konkreti għat-tisħiħ tad-demokrazija u tibdiliet importanti li jassiguraw l-ħidma u l-indipendenza tal-istituzzjonijiet ta' pajjiżna sabiex verament iservu liċ-ċittadini. In-nies qed jistennew tibdiliet b'serjetà li jerġgħu jagħtu kredibilità lil pajjiżna, u istituzzjonijiet li jaħdmu bi trasparenza u meritokrazija" Hekk sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia b'reazzjoni għat-tħabbira tal-Gvern illi se jkun qed jibdew jitwettqu l-proposti tal-Kummissjoni ta' Venezja.  

"Wara li għamel snin jirreżisti r-riformi meħtieġa, l-Gvern ma kellu l-ebda għażla ħlief li jaċċetta dak li l-Oppożizzjoni issa ilha xhur sħaħ tgħidlu biex iwettaq. Il-konklużjonjiet tal-Kummissjoni Venezja urew biċ-ċar, li l-Prim Ministru qed jaħtaf il-poter mill-istituzzjonijiet, jikkontrollahom u jxekkel l-awtonomija tagħhom, b'detriment għas-saltna tad-dritt."

More in Politika