288 kilo kokaina jinstabu moħbija f'kontejners fil-Freeport

Il-valur tad-droga huwa stmat li tiswa aktar minn €32.4 miljun

Uffiċjali tad-Dwana fil-Freeport irnexxielhom jinterċettaw erba’ kontejners li kien fihom xejn inqas minn 288 kilogramma ta’ kokaina moħbija f’240 pakkett.

Dawn il-kontejners kienu għadhom kemm waslu Malta mill-Amerika t’Isfel u kienu fi triqithom lejn pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea.

B’kollox, il-valur tad-droga huwa stmat li tiswa aktar minn €32.4 miljun.

Id-droga nstabet moħbija f’panelli fejn suppost kien hemm l-insulazzjoni tal-kontejners u anke ġol-kompartiment tal-kompressur.

L-investigazzjonijiet issa qegħdin f’idejn l-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga filwaqt li bdiet inkjesta mit-taqsima tal-Forensika tal-Pulizija.

More in Politika