Żminijietna mħassba għall-fatt li l-politika tal-pompi tal-petrol ma ssemmitx fil-Kabinett

Jgħidu li dan probabilment ifisser li r-riforma dwar il-pompi tal-petrol mhux se ssir

L-organizzazzjoni Xellugija Żminijietna qalet li tinsab mħassba li l-kwistjoni tal-pompi tal-petrol ma ġietx imsemmija waqt il-laqgħa tal-kabinett li ffukat fuq l-ambjent."

Żminijietna żiedet tgħid li "din tista' tkun indikazzjoni li l-ebda riforma mhu ser tidħol fis-seħħ".

"Dan ifisser li aktar art ODZ se tiġi sagrifikata għall-iżvilupp ta’ pompi tal-petrol ta’ daqs fenomenali”.

Żminijietna flimkien mal-Moviment Graffitti kienu fuq quddiem biex jikritikaw il-permessi ta' pompi tal-petrol li ħarġu u l-applikazzjonijiet pendenti minkejja li l-Gvern wiegħed li se jbiddel l-politika tal-pompi. 

More in Politika