Il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili talbu lil Malta biex twaqqaf il-programm ta' ċittadinanza li permezz tiegħu tbiegħ iċ-ċittadinanza Maltija (Individual Investors' Programme). Din it-talba tiġi hekk kif rapport tal-Parlament Ingliż żvela laqgħat bejn Joseph Muscat, dak iż-żmien Kap tal-Oppożizzjoni u Christian Kalin li jmexxi Henley & Partners, informazzjoni li Muscat qed jiċħad bil-qawwi.
Ara x'qal l-Parlament Ingliż, il-PM Joseph Muscat u l-PN hawnhekk
L-MEPs qalu illi dawn il-programmi għandhom ikunu mwaqqfa "mingħajr dewmien għax qed joffru riskji serji fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus."
Apparti dan talbu wkoll biex issir inkjesta indipendenti dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia kif qalu li għandhom ikunu investigati wkoll Egrant u 17 Black.