'Jeħtieġ inkunu minn ta' quddiem fl-użu tal-karozzi li jaħdmu bl-elettriku'

Illum il-Kabinett tal-Ministri ltaqa' fir-Riżerva naturali tas-Salini li bħalissa qed titmexxa mill-Birdlife, is-suġġett kien l-ambjent...

Il-PM Joseph Muscat waqt laqgħa tal-Kabinett fir-Riżerva Salini
Il-PM Joseph Muscat waqt laqgħa tal-Kabinett fir-Riżerva Salini

Waqt laqgħa tal-Kabinett fir-Riżerva tas-Salini l-Prim Ministru Joseph Muscat qal illi Għawdex jista' jintuża bħala post fejn isir proġett pilota, bil-karozzi kollha fuq din il-gżira jaħdmu bl-elettriku. 

Muscat qal illi l-vijabilità ta' proġett bħal dan għad irid ikun eżaminat għalkemm sostna illi Malta jeħtieġ tkun fuq quddiem fl-Ewropa f'termini ta' karozzi li jaħdmu bl-elettriku. 

"Għad iridu nibdew konsultazzjoni serja interna u esterna u għad irridu nidbew proċess twil ta' ħsieb dwar din il-proposta," qal Muscat. 

Din mhux l-ewwel darba li l-Prim Ministru għamel aċċenn għal bżonn li f'pajjiżna jiżdiedu l-karozzi li jaħdmu bl-elettriku. Fil-fatt huwa kien ħabbar illi se jkun hemm data preċiża sa meta jistgħu jibqgħu jinbiegħu karozzi li jaħdmu bil-petrol jew diesel.   

More in Politika