Missier u iben jinżammu arrestati wara li weġġgħu student u għalliema

“L-intenzjoni ma kinitx li ssir ħsara lill-għalliema"

Missier u iben qed jinżammu taħt arrest preventiv, wara li tressqu b'arrest il-Qorti akkużati li attakkaw u kkaġunaw feriti ħfief lill tifel ta' 15 -il sena u żewġt għalliema wara argument it-Tnejn fl-iskola Santa Clara ġewwa Pembroke.

Il-missier huwa membru tal-forzi armati ta' Malta.

Iż-żewġt irġiel kienu akkużati wkoll li kisru l-paċi pubblika u li qalu kliem oxxen u indeċenti fil-pubbliku.

L-avukat ta’ difiża qal li, “kien l-ġuvni ta’ 15 -il sena li pprova jattakka lil missier u għalhekk l-akkużat intervjena biss biex jissepara l-ġlied."

Fuq l-akkuża li wettaq reat li kellu d-dmir li jipprevjeni bħala membri tal-forzi armati, l-avukat sostna li d-dmirijiet ta‘ suldat huma differenti minn dawk ta' Pulizija u li mhux kull uffiċjal pubbliku kellu l-istess dmirijiet.  Żied jgħid li "kull persuna involuta kienet tat ix-xhieda tagħha,  għalhekk  ma kien hemm l-ebda riskju li tbagħbis bix-xhieda.”

L-avukat tad-difiża qal ukoll li l-akkużat kien għamel dikjarazzjoni li tispjega kollox, “l-intenzjoni ma kienitx li ssir ħsara lill-għalliema.”

Minkejja t-talbiet tad-difiża, l-Qorti ordnat li l-akkużati jinżammu taħt arrest.

Waqt dan l-inċident, il-Malta Union of Teachers (MUT) fi stqarrija issotni illi ilha tirrepeti l-istess affarijiet għal darba, darbtejn dwar is-sigurtà fl-iskejjel "u sfortunatament dawn l-inċidenti qed juru li għandna raġun."

More in Politika