Coleiro Preca tiltaqa' mal-komunitá Maltija fl-Art Imqaddsa

Il-President ta' Malta tgħid illi hija tassew kburija bil-Maltin fl-art imqaddsa

Il-President Marie Louise Coleiro Preca tiltaqa' mal-Maltin fl-Art Imqaddsa
Il-President Marie Louise Coleiro Preca tiltaqa' mal-Maltin fl-Art Imqaddsa

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ltaqgħet mal-komunità Maltija ġewwa l-Art Imqaddsa. Waqt din il-laqgħa, il-President Coleiro Preca rringrazzjat lill-komunità Maltija ġewwa l-Art Mqaddsa għall-viżibilità li tagħti lil Malta u l-valuri tagħha, u talli hija x-xempju ta’ dak li aħna nemmnu fih bħala pajjiż hekk kif pajjiżna minn dejjem kien pajjiż favur il-paċi.

“Intom parti minn dak il-balzmu li tant għandu bżonn dan ir-reġjun. Jien inħossni tassew kburija bikom, u dan ngħidu anke f’isem ħutna Maltin u  Għawdxin”, qalet il-President Coleiro Preca. 

 

More in Politika