Iwieġeb jew ma jweġibx? L-avukati ta' Schembri jinsistu li 17 Black mhux is-suġġett tal-libell

Keith Schembri jiftaħ libell kontra Simon Busuttil. L-avukati ta' Busuttil jistaqsu dwar 17 Black, imma l-avukati ta' Schembri jgħidu li 17 Black mhux is-suġġett tal-libell

Iċ-Chief of Staff fl0Ufiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri
Iċ-Chief of Staff fl0Ufiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri

L-avukat ta' Keith Schembri, Edward Gatt u Mark Vassallo, dalgħodu sostnew illi keith Schembri m'għandux iwieġeb mistoqsijiet dwar il-kumpanija 17 Black f'libell hu stess fetaħ kontra l-eks Kap tal-PN Simon Busuttil. Dan il-libell huwa dwar diskors li kien għamel Busuttil nhar is-6 ta' Marzu 2016 fi protesta kontra l-korruzzjoni. 

L-avukat Gatt sostna li 17 Black ma kinitx msemmija fid-diskors ta' Busuttil u allura mistoqsijiet dwar l-istess kumpanija m'għandhomx isiru. 

L-avukat ta' Busuttil, Peter Fenech sostna li min m'għanduix minn xhiex jibża' ma jagħmilx dawn it-tip ta' kundizzjonijiet. "Il-fatt li d-dettal;l ma ssemmiex ma jfissrix illi m'għandix suspetti u ma nistax nuża l-informazzjoni li għandi f'idejja."

"Schembri jrid iwieġeb. Hu għamel il-libell u allura jrid jwieġeb mistoqsijiet anke jekk id-dokumentazzjoni ħarġet wara...dak li qal Busuttil huwa vera. Il-biċċiet tal-możajk issa qed jingħaqdu."

More in Politika