Il-Partit Demokratiku jinnota nuqqas ta' infurzar kontra rimi ta' skart illegali

...jgħid illi l-problema tal-iskart mill-kostruzzjoni qed titħalla ssir agħar biex tkun ġustifikata r-riklamazzjoni tal-art..

Muntanja ta' skart tiela', tiela', tiela'...
Muntanja ta' skart tiela', tiela', tiela'...

Fi stqarrija l-Partit Demokratiku nnota n-nuqqas ta’ infurzar kontinwu dwar rimi ta’ skart illegali. “Rimi ta’ skart illegali f’Ta’ Qali twaqqaf, u issa qed iduru għal postijiet oħra, għad-detriment tal-ambjent diġà mhedded tagħna,” stqarr il-Kap tal-PD Godfrey Farrugia. “Sit ħdejn il-kosta viċin tas-Siġġiewi spiċċa mirdum f’attakk dan l-aħħar, u saret ħsara irriparabbli għall-flora u fawna tal-madwar,” kompla.

Il-Partit Demokratiku reġa staqsa lill-Pulizija meta se jibdew jieħdu azzjoni u jinfurzaw il-liġijiet li diġà jeżistu. Il-PD innota li l-liġijiet li qed jinkisru jinkludu l-ħsara li qed issir lill-pjanti protetti."

Il-Partit Demokratiku temm jgħid li jemmen li l-problema tal-iskart tal-kostruzzjoni f’Malta qed titħalla ssir agħar biex niġġustifikaw ir-riklamazzjoni tal-art fl-interess tal-iżviluppaturi minflok infittxu soluzzjonijiet ġenwini għal din il-kriżi.

More in Politika