Residenti ta’ Ta’ Xbiex jistgħu jiġbru l-kontenituri tal-iskart mill-Kunsill Lokali

Inizjattiva mill-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex, tiġbor l-interess ta' bosta

Mil-Ħamis li ġej, residenti ta' Ta' Xbiex se jkunu jistgħu jiġbru l-kontenituri tal-iskart mill-Kunsill Lokali stess.

Attwalment dawn il-kontenituri qegħdin jinġabru minn Ta' Qali.

Ftit wara li ħabbar din l-inizjattiva fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook jidher li  kienu ħafna dawk li għamlu l-istess talba lill Kunsill Lokali tagħhom.

Zammit saħaq li, "għamilna dan l-arranġament sabiex nakkommodaw aħjar lir-residenti tagħna u niffrankawlhom milli joqgħodu jmorru Ta' Qali mal-kumplament tal-lokalitajiet ta' Malta."

More in Politika