CABS lil Clint: 'Responsabbli tal-fjask...għalaq l-istaġun tal-insib jew irreżenja'

Jgħidu li l-Gvern iddeċieda li ma jagħmel xejn biex ma jħallix il-qtil tal-għasafar, li skonthom għaddej bħalissa

Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri
Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri

Il-Kumitat kontra l-Qtil tal-Għasafar (CABS) qal illi minn investigazzjoni li għamel f'pajjiżna bejn l-20 ta' Ottubru u s-7 ta' Novembru kienu rrappurtati total ta' 65 każ ta' insib illegali li jinvolvi 78 individwu. 

"Dawn huma biss ftit każi li nistgħu nesponu aħna, imma meta wieħed iqis il-figura mhux uffiċjali nistgħu nassumu li mijiet ta' persuni kienu nvoluti f'insib kriminali," sostniet CABS. 

CABS ikkritikaw ukoll nuqqas ta' uffiċjali tal-infurzar biex iżommu iddokumentat kull każ ta' insib illegali. Qalu wkoll kif ħafna drabi n-nassaba kienu qed jgħattu wiċċhom biex ma jintgħarfux mill-pulizija.

Il-CABS akkużaw lill-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri b'kompliċità man-nassaba li qed jiksru l-liġi. 

"Il-Gvern kien jaf li n-nassaba se jużaw ir-regolazzjonijiet ġodda b'mod ħażin u b'mod illi jaħbu operazzojnijiet illegali, imma ddeċieda li ma jagħmel xejn biex iwaqqaf il-qtil li għaddej bħalissa. Bħala l-persuna responsabbli għal dan il-fjask, qed nitolbu lil Clint Camilleri biex jew jagħlaq l-istaġun tal-insib jew jirreżenja," sostiet il-CABS.

 

More in Politika