Marlene Mizzi tiftaħ libell lil David Casa

Dan wara allegazzjoni li għamel fuqha nhar il-Ħadd li għadda

L-Ewroparlamentari Marlene Mizzi fetħet libell kontra l-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa wara kummenti li għaddha fuqha nhar il-Ħadd li għadda.

Fl-artiklu “Casa’s former aide says EP salaries were inflated,” u li kien ippubblikat fuq il-gazzetta oħt MaltaTodat, Casa jgħid li Marlene Mizzi tikri b’xejn l-uffiċini tagħha mingħand bintha.

L-implikazzjoni kienet li Marlene Mizzi xorta waħda kienet tiġbor il-fondi allokati lilha għal dan il-għan mill-Parlament Ewropew, iżda żżommhom għaliha.

Marlene Mizzi ċaħdet din l-allegazzjoni u ħabbret minnufih li kellha tiftaħ libel lil Casa.

More in Politika