Mara tmut waqt li kienet qed tgħodos f'Għawdex

Il-każ seħħ fl-inħawi magħrufa bħala tal-Kantra fil-limiti tas-Sannat

Mara tilef ħajjitha wara li sabet ruħha f'diffikultà waqt li kienet qed tgħodos fl-inħawi magħrufa bħala tal-Kantra, fil-limiti tas-Sannat.

Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li l-mara kienet qed tgħodos meta għal xi raġuni ma setgħetx titla' lura.

Il-mara, Ġermaniża ta' 55 sena, ingħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku iżda kienet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

Din il-mara hija t-tieni vittma llum wara li aktar kmieni dalgħodu anzjan miet wara li nġarr minn mewġa f'Wied iż-Żurrieq.

 

More in Politika