Sajjied anzjan jitlef ħajtu wara li kaxkritu mewġa

Il-każ seħħ dalgħodu f'Wied iż-Żurrieq

Anzjan tilef ħajtu meta waqt li kien qed jistad mewġa kbira kaxkritu fil-baħar.

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-6:40am f'Wied iż-Żurrieq.

Fuq il-post issejħu l-Protezzjoni Ċivili li tellgħu lill-anzjan ta' 85 sena permezz ta' ħelikopter.

Minkejja l-isforzi kollha, l-anzjan kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

More in Politika