Baġit | Dħul b'xejn għat-tfal u żewġ adulti fis-siti kollha ta' Heritage Malta

Dan l-aċċess se jkun qed jingħata kuljum is-sena kollha u bla limitu

Mhux l-ewwel darba li tisma’ adulti jgħidu li qatt ma żaru l-katakombi, Ħaġar Qim jew tempji oħra uniċi li għandna mifruxa madwar Malta u Għawdex.

Mis-sena d-dieħla, l-istudenti kollha tal-primarja u s-sekondarja, kemm tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u dawk Indipendenti, se jkunu intitolati għal dħul b’xejn fis-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta.

Iżda mhux hekk biss, it-tfal se jkunu jistgħu jieħdu magħhom żewġ persuni oħra adulti magħhom u li wkoll jidħlu b’xejn.

Dan l-aċċess se jkun qed jingħata kuljum is-sena kollha u bla limitu.

More in Politika