Baġit | €5.14 aktar fil-ġimgħa għall-miżżewġin li jibbenefikaw mill-Għajnuna Medika

L-aktar li se jibbenefikaw minn din il-miżura huma koppji anzjani li t-tnejn għandhom mard kroniku u huma eliġibbli

Il-Gvern ħabbar ukoll żieda fil-ħlas tal-Għajnuna Medika mhux kontributorja.

Din se tkun qed tiżdied b'€5.14 fil-ġimgħa u minnha se jibbenefikaw dawk il-persuni miżżewġa fejn ikun hemm żewġ adulti li jbatu minn mard kroniku u li jgawdu minn din l-Għajnuna.

Il-Ministru Scicluna spjega li din iż-żieda tirriżulta mid-differenza li hemm sal-lum bejn ir-rata mħallsa lill-ewwel adult u r-rata mħallsa lit-tieni adult. Għalhekk, issa kull adult fil-familja jitħallas indaqs.

Bla dubju, l-aktar li se jibbenefikaw minn din il-miżura huma koppji anzjani li t-tnejn għandhom mard kroniku u huma eliġibbli.

More in Politika